+29. Għar - riskji klimatiċi, għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin: a. il- …
|
29. Għar - riskji klimatiċi, għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin: a. il- …
Għar - riskji klimatiċi, għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin: - a. il- politiki dwar il - klima, jiġifieri l - livell ta’ intervent ta’ politika mmirat lejn il - mitigazzjoni tat- tibdil fil - klima jew il - ġestjoni tal - impatti tiegħu permezz ta’ politiki ta’ adattament; dan jista’ jvarja minn azzjonijiet ambizzjużi ħafna għal azzjonijiet minimi;
- b. sistemi tal - enerġija, jiġifieri l - istruttura tal - produzzjoni, il - konsum u l - infrastruttura tal - enerġija, inkluża d - dipendenza fuq il - fjuwils fossili vs sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
- c. perkorsi settorjali għal emissjonijiet żero netti, jiġifieri kif is - setturi differenti jiżviluppaw u jadattaw għal ekonomija sostenibbli, inkluż, fejn rilevanti, il - prospettiva internazzjonali, bħall - Aġenzija Internazzjonali tal - Enerġija (AIE), l - inizjatti va dwar il- Mira Bbażata fuq ix - Xjenza (SBTi)7 jew il- perkorsi settorjali ta’ dekarbonizzazzjoni8 tal- Assoċjazzjoni Bankarja b’Emissjonijiet Żero Netti (NZBA), il - kuntest reġjonali, l - ewwel u qabel kollox fosthom l - istrateġija tal - Patt Ekoloġiku Ewropew, il - pakkett “Lesti għall -mira ta’ 55 %”, u l-mira tan-newtralità klimatika għall -2050, u l- politiki nazzjonali u l - istrateġija klimatika;
- d. il-livell tal- emissjonijiet u l - impatt klimatiku li jirriżulta, jiġifieri l - konċentrazzjoni tal - emissjonijiet tal - gassijiet serra u kif it - temperatura u proċessi bijofiżiċi oħra huma mistennija li jiżviluppaw fil -futur.
7 L- SBTi hija sħubija globali (bejn CDP, il - Patt Globali tan -NU, WRI, u l- WWF) li tgħin lill - kumpaniji u lill - istituzzjonijiet finanzjarji jistabbilixxu miri ta’ tnaqqis tal - emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huma allinjati mal - għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi (li jillimitaw it - tisħin għal ferm inqas minn 2°C, u wara għal 1.5°C). 8 L- NZBA hija inizjattiva mmexxija mill - industrija mlaqqa’ min - NU mnedija fl - 2021 taħt l-Alleanza Finanzjarja ta’ Glasgow għal Emissjonijiet Żero Netti (GFANZ) li tipprovdi qafas komuni għall - banek biex jallinjaw il - portafolli tagħhom ma’ emissjonijiet żero netti sal - 2050 permezz tal - adozzjoni ta’ miri settorjali.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|