+5.2. Ix - xenarji
---+28. Meta jistabbilixxu xenarji li jinvolvu riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+29. Għar - riskji klimatiċi, għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin: a. il- …
---+30. Għal riskji ambjentali oħra (lil hinn mill - klima), għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi …
---+31. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarji kredibbli, ibbażati fuq l - aktar għarfien …
---+32. L- istituzzjonijiet għandhom jirfinaw u jippersonalizzaw ix - xenarji magħżula abbażi tal - …
---+33. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji jkunu allinjati sew mal - karatteristiċi …
---+34. Fejn xenarju ma jinkludix uħud mill - elementi elenkati fil - paragrafi 29 u 30, l- …
---+35. Meta jistabbilixxu xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kemm ir - riskju fiżiku …
---+36. L- istituzzjonijiet għandhom jagħżlu l - aspetti speċifiċi tar - riskju ta’ tranżizzjoni u l - …
---+37. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji jkunu internament konsistenti. B’mod …
---+38. Fl- applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, l - istituzzjonijiet jistgħu …

5.2. Ix - xenarji

5.2. Ix - xenarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
28. Meta jistabbilixxu xenarji li jinvolvu riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom …

Meta jistabbilixxu xenarji li jinvolvu riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw, b’mod konsistenti mal - identifikazzjoni tal - kanali ta’ trażmissjoni, għadd ta’ fatturi interkonnessi biex jiżguraw li x - xenarji jkunu kemm jista’ jkun rilevanti. Jiġifieri, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw dan li ġej:

  • a. il- kuntest soċjoekonomiku, jiġifieri suppożizzjonijiet dwar il - kundizzjonijiet soċjoekonomiċi globali jew reġjonali, inklużi t - tkabbir tal - popolazzjoni, l - iżvilupp ekonomiku u l - inugwaljanzi soċjali; u fatturi makroekonomiċi oħra, inklużi l - inflazzjoni u l- politiki monetarji, iż - żieda fil - protezzjoniżmu;
  • b. l- evoluzzjoni teknoloġika, jiġifieri l -livell u l- pass tal - innovazzjoni, l - adozzjoni teknoloġika, u d- disponibbiltà tal - infrastruttura għall - appoġġ ta’ teknoloġiji ġodda;
  • c. il- preferenzi tal - konsumatur, jiġifieri bidliet potenzjali fl - aptit tal - konsumaturi għal oġġetti u servizzi meqjusa bħala sostenibbli, prodotti lokalment u tajbin għas - saħħa.
29. Għar - riskji klimatiċi, għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin: a. il- …

Għar - riskji klimatiċi, għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin:

  • a. il- politiki dwar il - klima, jiġifieri l - livell ta’ intervent ta’ politika mmirat lejn il - mitigazzjoni tat- tibdil fil - klima jew il - ġestjoni tal - impatti tiegħu permezz ta’ politiki ta’ adattament; dan jista’ jvarja minn azzjonijiet ambizzjużi ħafna għal azzjonijiet minimi;
  • b. sistemi tal - enerġija, jiġifieri l - istruttura tal - produzzjoni, il - konsum u l - infrastruttura tal - enerġija, inkluża d - dipendenza fuq il - fjuwils fossili vs sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
  • c. perkorsi settorjali għal emissjonijiet żero netti, jiġifieri kif is - setturi differenti jiżviluppaw u jadattaw għal ekonomija sostenibbli, inkluż, fejn rilevanti, il - prospettiva internazzjonali, bħall - Aġenzija Internazzjonali tal - Enerġija (AIE), l - inizjatti va dwar il- Mira Bbażata fuq ix - Xjenza (SBTi)7 jew il- perkorsi settorjali ta’ dekarbonizzazzjoni8 tal- Assoċjazzjoni Bankarja b’Emissjonijiet Żero Netti (NZBA), il - kuntest reġjonali, l - ewwel u qabel kollox fosthom l - istrateġija tal - Patt Ekoloġiku Ewropew, il - pakkett “Lesti għall -mira ta’ 55 %”, u l-mira tan-newtralità klimatika għall -2050, u l- politiki nazzjonali u l - istrateġija klimatika;
  • d. il-livell tal- emissjonijiet u l - impatt klimatiku li jirriżulta, jiġifieri l - konċentrazzjoni tal - emissjonijiet tal - gassijiet serra u kif it - temperatura u proċessi bijofiżiċi oħra huma mistennija li jiżviluppaw fil -futur.

7 L- SBTi hija sħubija globali (bejn CDP, il - Patt Globali tan -NU, WRI, u l- WWF) li tgħin lill - kumpaniji u lill - istituzzjonijiet finanzjarji jistabbilixxu miri ta’ tnaqqis tal - emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huma allinjati mal - għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi (li jillimitaw it - tisħin għal ferm inqas minn 2°C, u wara għal 1.5°C).

8 L- NZBA hija inizjattiva mmexxija mill - industrija mlaqqa’ min - NU mnedija fl - 2021 taħt l-Alleanza Finanzjarja ta’ Glasgow għal Emissjonijiet Żero Netti (GFANZ) li tipprovdi qafas komuni għall - banek biex jallinjaw il - portafolli tagħhom ma’ emissjonijiet żero netti sal - 2050 permezz tal - adozzjoni ta’ miri settorjali.

30. Għal riskji ambjentali oħra (lil hinn mill - klima), għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi …

Għal riskji ambjentali oħra (lil hinn mill - klima), għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin:

  • a. il- politika u r - regolamentazzjoni ambjentali, jiġifieri l - livell ta’ ambizzjoni u l - infurzar tal - politiki tal - protezzjoni ambjentali, bħall - konservazzjoni tal - bijodiversità, ir - regolamentazzjoni tal - kwalità tal -ilma u tal-arja, il- mandati tal - ekonomija ċirkolari, ir - restrizzjonijiet fuq is - sustanzi kimiċi dannużi, u l - projbizzjonijiet fuq id - deforestazzjoni. Dan jinkludi oqfsa reġjonali bħal - Liġi tal -UE dwar ir- Restawr tan -Natura jew l- Istrateġija għall - Bijodiversità għall - 2030;
  • b. il- kundizzjoni tal - ekosistema, jiġifieri l - istatus u x - xejriet fil - bijodiversità, id - degradazzjoni tal- ekosistema, il - fertilità tal - ħamrija, id - disponibbiltà tal - ilma ħelu, u l -livelli tat- tniġġis. Dawn il- fatturi jiddefinixxu l - istress ambjentali tal -linj a bażi u jinfluwenzaw il - materjalizzazzjoni ta’ riskji bħall - iskarsezza tar - riżorsi, il - kollass tal - ispeċijiet, jew il - kriżi tal- ilma;
  • c. il-mudelli tal- użu tal -art u tar- riżorsi, jiġifieri l - firxa u l - intensità tal - użu tal -art (l-espansjoni urbana, l - agrikoltura, it - tħaffir fil -minjieri), u l-mudelli tal- estrazzjoni tal - materja prima jew l- użu tal -ilma. L- użu mhux sostenibbli jista’ jamplifika d - degradazzjoni ambjentali u jiskatta punti kritiċi soċjali jew ekonomiċi;
  • d. id- dipendenzi tal - katina tal - provvista fuq l - ekosistemi, jiġifieri l - grad sa fejn is - setturi jew ir- reġjuni jiddependu fuq servizzi tal - ekosistemi bħad - dakkir, il - filtrazzjoni tal -ilma, jew id- disponibbiltà tal -materja prima. It- tfixkil ta’ dawn is - servizzi jista’ jwassal għal telf settorjali, pereżempju fl - agrikoltura, il - forestrija, is - sajd, l - ikel, jew it - tessuti.
31. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarji kredibbli, ibbażati fuq l - aktar għarfien …

L- istituzzjonijiet għandhom jużaw xenarji kredibbli, ibbażati fuq l - aktar għarfien xjentifiku reċenti, u fuq xenarji u riżorsi pprovduti minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali rikonoxxuti b’mod wiesa’, bħal:

  • a. għar - riskji klimatiċi: il - Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it - Tibdil fil - Klima (IPCC), in - Network għall - Ekoloġizzazzjoni tas - Sistema Finanzjarja (NGFS), l - Aġenzija Internazzjonali tal- Enerġija (IEA), il -Programm Ambjentali tan- Nazzjonijiet Uniti (UNEP), iċ - Ċentru Konġunt tar - Riċerka tal - Kummissjoni tal -UE (JRC tal- UE) jew korpi governattivi jew mhux governattivi nazzjonali;
  • b. għal riskji ambjentali oħra lil hinn mill - klima: il - Pjattaforma Intergovernattiva tal - Politika tax - Xjenza dwar il - Bijodiversità u s - Servizzi Ekosistemiċi (IPBES), l - aġenziji speċjalizzati tan- Nazzjonijiet Uniti9 , l- Aġenzija Ewropea għall -Ambjent (EEA)10 , l- Istitut Dinji tar - Riżorsi (WRI)11 , kif ukoll valutazzjonijiet ibbażati fuq ix - xjenza żviluppati fil - livell reġjonali jew nazzjonali (eż. strateġiji nazzjonali għall - bijodiversità, pjanijiet ta’ ġestjoni tal - ħamrija u tal- ilma, jew oqfsa ta’ monitoraġġ tat - tniġġis).

9 L- aġenziji speċjalizzati 9 tan- NU jinkludu l -UNEP, l-FAO (l- Organizzazzjoni tal - Ikel u l - Agrikoltura), il -GBO (Global Biodiversity Outlook) li hija l - Konvenzjoni dwar id - Diversità Bijoloġika – il- qafas ewlieni tal - KDB għat - traċċar tal - progress globali tal- bijodiversità, u oħrajn rilevanti għall - monitoraġġ u l - politika ambjentali.

10 L- EEA hija korp tal - UE li joffri qafas għad - data ambjentali u għall - appoġġ tal - politika.

11 Il- WRI hija istitut ta’ riċerka li jiżviluppa oqfsa għall - ġestjoni sostenibbli tar - riżorsi u l - azzjoni dwar il - klima.

32. L- istituzzjonijiet għandhom jirfinaw u jippersonalizzaw ix - xenarji magħżula abbażi tal - …

L- istituzzjonijiet għandhom jirfinaw u jippersonalizzaw ix - xenarji magħżula abbażi tal - objettiv, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - granularità tal - analiżi li tkun qed titwettaq. Pereżempju, meta jwettqu testijiet tal - istress, l - istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw xenarji fuq terminu relattivament qasir, li jiffukaw aktar fuq riskji fiżiċi akuti (jiġifieri materjalizzazzjoni f’daqqa ta’ avvenimenti klimatiċi estremi) milli fuq riskji fiżiċi kroniċi (jiġifieri bidla gradwali fil - kundizzjonijiet klimatiċi) u b’enfasi akbar milli f’xenarji aktar fit - tul fuq l - impatti negattivi potenzjali ta’ skonnessjoni qawwija bejn l - aġenda tar - regolamentazzjoni ambjentali, iċ - ċiklu tan- negozju u s - sentiment tal - konsumatur u tas - suq.

33. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji jkunu allinjati sew mal - karatteristiċi …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji jkunu allinjati sew mal - karatteristiċi uniċi tar - riskju tal -portafolli u tal-mudell tan- negozju tagħhom billi jaġġustaw ix - xenarji sa fejn ikun meħtieġ u possibbli.

34. Fejn xenarju ma jinkludix uħud mill - elementi elenkati fil - paragrafi 29 u 30, l- …

Fejn xenarju ma jinkludix uħud mill - elementi elenkati fil - paragrafi 29 u 30, l- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - materjalità potenzjali ta’ dawn il - fatturi u jikkunsidraw il - punt sa fejn ir- riżultati tal - analiżi għandhom jiġu aġġustati abbażi ta’ ġudizzju espert.

35. Meta jistabbilixxu xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kemm ir - riskju fiżiku …

Meta jistabbilixxu xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kemm ir - riskju fiżiku kif ukoll ir - riskju ta’ tranżizzjoni. Anki jekk l - immudellar jista’ jwassal għall - istabbiliment ta’ xenarji separati għal kull wieħed minn dawn ir - riskji, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw konsistenza suffiċjenti bejn ix - xenarji peress li r - riskji huma strettament korrelatati fuq terminu twil.

36. L- istituzzjonijiet għandhom jagħżlu l - aspetti speċifiċi tar - riskju ta’ tranżizzjoni u l - …

L- istituzzjonijiet għandhom jagħżlu l - aspetti speċifiċi tar - riskju ta’ tranżizzjoni u l - perikli tar - riskju fiżiku li għandhom jiġu koperti mix - xenarju abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, li jistgħu jvarjaw skont il - perjodu ta’ żmien ikkonċerna t.

37. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji jkunu internament konsistenti. B’mod …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji jkunu internament konsistenti. B’mod partikolari, it - trajettorja ta’ kull fattur ewlieni m'għandhiex titqies waħedha iżda b’rabta mat - trajettorja tal - fatturi ewlenin l - oħra. Pereżempju, is - suppożizzjonijiet dwar it- tkabbir ekonomiku għandhom ikunu konsistenti mas - suppożizzjonijiet dwar id - domanda għall - enerġija u l - adozzjoni tat - teknoloġija.

38. Fl- applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, l - istituzzjonijiet jistgħu …

Fl- applikazzjoni tal - prinċipju ta’ proporzjonalità, l - istituzzjonijiet jistgħu inizjalment, jew skont id- daqs, in -natura, il- kumplessità tal - attivitajiet tagħhom, jew skont il - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskju ambjentali tagħhom, jiffukaw fuq kamp ta’ applikazzjoni aktar ristrett, jużaw inqas fatturi ta’ input, jistabbilixxu xenarji aktar sempliċi u/jew jużaw approċċi simplifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/