+Għal riskji ta’ tranżizzjoni:
|
Għal riskji ta’ tranżizzjoni:
L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir - riskji ta’ tranżizzjoni li jirriżultaw mill - bidla lejn ekonomija aktar sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal - karbonju. Dawn jistgħu jinkludu riskji ta’ politika u legali (bħal mekkaniżmi ġodda ta’ pprezzar tal - karbonju jew regolamenti ambjentali aktar stretti), riskji teknoloġiċi (bħall - obsolexxenza ta’ assi b’emissjonijiet għoljin), u riskji tas - suq (bħal bidliet fil - preferenzi tal - konsumaturi jew mudelli tad -domanda). Kanali mikroekonomiċi: - • Il- kumpaniji m'għadhomx iktar profittabbli u lanqas m' għandhom dejn eċċessiv, jew jinsabu f’riskju li jsiru hekk, minħabba ż - żieda fil - kostijiet ambjentali (eż. il - kostijiet għat - tranżizzjoni lejn teknoloġiji aktar ekoloġiċi, il - ktajjen tal - provvista u l - proċessi ta’ produzzjoni, iż - żieda fil - kostijiet tal- enerġija, iż - żieda fit - tassazzjoni fuq l - emissjonijiet, il - volatilità tal - prezzijiet tal - komoditajiet, il- primjums tal - iskarsezza tar - riżorsi) u/jew il - bidliet fil - preferenzi u d - dinamika kompetittiva tal - konsumaturi.
- • L- assi huma mitlufa jew indeboliti b’mod sinifikanti, jew f’riskju li jsiru hekk, peress li m'għadhomx adattati għall - istandards attwali jew għall - preferenzi tal - konsumatur.
- • Il- korporattivi huma legalment responsabbli, minħabba nuqqas parzjali ta’ allinjament mat - tranżizzjoni.
- • L- unitajiet domestiċi jġarrbu l - kostijiet tat - tranżizzjoni (eż. il - kostijiet tal - introduzzjoni ta’ proprjetajiet sa telf standard jew kapitali mal - bejgħ, tassazzjoni akbar, prezzijiet ogħla tal - enerġija, kost akbar tal - oġġetti u s - servizzi bażiċi) li jaffettwaw b’mod sinifikanti l - kundizzjoni finanzjarja u d - domanda għas - self tagħhom.
Kanali makroekonomiċi: - • It- tibdil fundamentali fit - taħlita tal - enerġija, fil -livelli tal- prezzijiet tal - enerġija u fil -mudelli tal-użu tal - enerġija – xprunat mill - isforzi ta’ mitigazzjoni tal - klima, il - kontroll tat - tniġġis, l - iskarsezza tar- riżorsi, eċċ. - li jaffettwa l - ekonomija kollha;
- • Bidliet sinifikanti fil - prezzijiet, speċjalment għal prodotti intensivi fl - enerġija jew li jagħmlu ħsara lill- ambjent;
- • Bidliet fil - produttività;
- • Il- frizzjonijiet fis - suq tax - xogħol li jirriżultaw fil - qgħad u s - setturi taħt pressjoni minħabba n - nuqqas ta’ ħaddiema tas - sengħa;
- • Bidliet fil - preferenzi tal - konsumatur u tas - suq;
- • Impatti oħra fuq il - kummerċ internazzjonali, id - dħul tal -gvern, l- ispazju fiskali, ir - rati tal - imgħax u r- rati tal - kambju.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|