|
(b)
|
jaħtru bħala sorveljant ewlieni għal kull fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT l-Awtorità Superviżorja Ewropea responsabbli, f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010, għall-entitajiet finanzjarji li t-total tal-assi li flimkien ikollhom l-akbar sehem tal-assi totali mill-valur tal-assi totali tal-entitajiet finanzjarji kollha li jużaw is-servizzi tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT rilevanti, kif jixhdu l-karti bilanċjali individwali ta’ dawk l-entitajiet finazjarji magħduda flimkien.
|