|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.L-użu ta' sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (h) għandu jiġi implimentat għall-finijiet stipulati f’ dak biss biex tiġi kkonfermata l-identità tal-individwu speċifikament taħt mira u għandu jqis l-elementi li ġejjin:
(a)
in-natura tas-sitwazzjoni li twassal għall-użu possibbli, b'mod partikolari s-serjetà, il-probabbiltà u l-iskala tal-ħsara li kienet tiġi kkawżata kieku s-sistema ma ntużatx;
(b)
il-konsegwenzi tal-użu tas-sistema għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kollha kkonċernati, b'mod partikolari s-serjetà, il-probabbiltà u l-iskala ta' dawk il-konsegwenzi. Barra minn hekk, l-użu ta' sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (h) ta' dan l-Artikolu għandu jikkonforma mas-salvagwardji u l-kundizzjonijiet meħtieġa u proporzjonati fir-rigward tal-użu f'konformità mal-liġi nazzjonali li tawtorizza l-użu tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitazzjonijiet temporali, ġeografiċi u personali. L-użu tas-sistema ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “fil-ħin reali” fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għandu jiġi awtorizzat biss jekk l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tkun lestiet valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali kif previst fl-Artikolu 27 u tkun irreġistrat is-sistema fil-bażi tad-data tal-UE skont l-Artikolu 49. Madankollu, f'każijiet ta' urġenza debitament ġustifikati, l-użu ta' tali sistemi jista' jinbeda mingħajr ir-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-UE, dment li tali reġistrazzjoni titlesta mingħajr dewmien żejjed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|