+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 3.

B'deroga mill-paragrafu 2, sistema tal-IA msemmija fl-Anness III ma għandhiex titqies bħala b'riskju għoli fejn ma toħloqx riskju sinifikanti ta' ħsara, għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, inkluż billi ma tinfluwenzax materjalment l-eżitu tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-sistema tal-IA hija maħsuba biex twettaq kompitu proċedurali ristrett;

(b) 

is-sistema tal-IA hija maħsuba biex ittejjeb ir-riżultat ta' attività mill-bniedem li tkun tlestiet qabel;

(c) 

is-sistema tal-IA hija maħsuba biex tikxef xejriet ta' teħid ta' deċiżjonijiet jew devjazzjonijiet minn xejriet ta' teħid ta' deċiżjonijiet preċedenti u mhijiex maħsuba biex tissostitwixxi jew tinfluwenza l-valutazzjoni mill-bniedem li tkun tlestiet qabel, mingħajr rieżami xieraq mill-bniedem; jew

(d) 

is-sistema tal-IA hija maħsuba biex twettaq kompitu preparatorju għal valutazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-każijiet ta' użu elenkati fl-Anness III.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, sistema tal-IA msemmija fl-Anness III għandha dejjem titqies bħala b'riskju għoli meta s-sistema tal-IA twettaq tfassil tal-profili ta' persuni fiżiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit