+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 5.

Il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d) għandhom ikunu tali li r-riskju residwu rilevanti assoċjat ma' kull periklu kif ukoll ir-riskju residwu ġenerali tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli jitqies aċċettabbli.

Fl-identifikazzjoni tal-aktar miżuri xierqa ta' ġestjoni tar-riskju, għandu jkun żgurat dan li ġej:

(a) 

l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji identifikati u evalwati skont il-paragrafu 2 sa fejn hu teknikament possibbli permezz ta' disinn u żvilupp adegwati tas-sistema tal-IA b'riskju għoli;

(b) 

meta xieraq, l-implimentazzjoni ta' miżuri adegwati ta' mitigazzjoni u ta' kontroll li jindirizzaw ir-riskji li ma jistgħux jiġu eliminati;

(c) 

l-għoti ta' informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 13, u, meta xieraq, taħriġ lill-implimentaturi.

Bil-ħsieb tal-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji relatati mal-użu tas-sistema tal-IA b'riskju għoli, għandha tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-għarfien tekniku, l-esperjenza, l-edukazzjoni, it-taħriġ li għandu jkun mistenni mill-implimentatur u l-kuntest preżunt li fih tkun maħsuba li tintuża s-sistema.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit