|
+Artikolu 14 4. |
Artikolu 14 4.Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, is-sistema tal-IA b'riskju għoli għandha tiġi pprovduta lill-implimentatur b’tali mod li l-persuni fiżiċi li lilhom tiġi assenjata s-sorveljanza mill-bniedem ikunu jistgħu, kif xieraq u b'mod proporzjonat:
(a)
jifhmu sew il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet rilevanti tas-sistema tal-IA b'riskju għoli u jkunu jistgħu jimmonitorjaw kif dovut l-operat tagħha, inkluż bil-ħsieb li jikxfu u jindirizzaw anomaliji, disfunzjonijiet u prestazzjoni mhux mistennija;
(b)
jibqgħu konxji tat-tendenza possibbli li wieħed iserraħ awtomatikament jew li jserraħ wisq fuq l-output prodott minn sistema tal-IA b'riskju għoli (preġudizzju tal-awtomatizzazzjoni), b'mod partikolari għal sistemi tal-IA b'riskju għoli użati biex jipprovdu informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet għal deċiżjonijiet li jridu jittieħdu minn persuni fiżiċi;
(c)
jinterpretaw b'mod korrett l-output tas-sistema IA b'riskju għoli, filwaqt li jqisu, pereżempju, l-għodod u l-metodi ta' interpretazzjoni disponibbli;
(d)
jiddeċiedu, fi kwalunkwe sitwazzjoni partikolari, li ma jużawx is-sistema tal-IA b'riskju għoli jew li jinjoraw, iwarrbu jew ireġġgħu lura l-output tas-sistema tal-IA b'riskju għoli;
(e)
jintervjenu fit-tħaddim tas-sistema tal-IA b'riskju għoli jew jinterrompuha permezz ta' buttuna “stop” jew proċedura simili li permezz tagħha s-sistema tkun tista' tieqaf mingħajr periklu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|