+Artikolu 22 3.

Artikolu 22 3.

Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-fornitur. Huwa għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba, b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif indikat mill-awtorità kompetenti. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-mandat għandu jagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jivverifika li d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47 u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 11 ikunu tfasslu u li l-fornitur ikun wettaq proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa;

(b) 

iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 74(10), għal perjodu ta' 10 snin wara li s-sistema tal-IA b'riskju għoli tkun ġiet introdotta fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz, id-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur li jkun ħatar ir-rappreżentant awtorizzat, kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47, id-dokumentazzjoni teknika u, jekk applikabbli, iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat;

(c) 

jipprovdi lil awtorità kompetenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha, inkluż dak imsemmi fil-punt (b) ta' dan is-subparagrafu, meħtieġa biex turi l-konformità ta' sistema tal-IA b'riskju għoli mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2, inkluż l-aċċess għar-reġistri, kif imsemmija fl-Artikolu 12(1), iġġenerati awtomatikament mis-sistema tal-IA b'riskju għoli sal-punt li tali reġistri jkunu fil-kontroll tal-fornitur;

(d) 

jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti, fuq talba motivata, f'kull azzjoni li dawn tal-aħħar jieħdu fir-rigward tas-sistema tal-IA b'riskju għoli, b'mod partikolari biex inaqqsu u jimmitigaw ir-riskji ppreżentati minn sistema tal-IA b'riskju għoli;

(e) 

meta applikabbli, jikkonforma mal-obbligi ta' reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(1), jew, jekk ir-reġistrazzjoni titwettaq mill-fornitur innifsu, jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness VIII tkun korretta.

Il-mandat għandu jagħti s-setgħa lir-rappreżentant awtorizzat li jiġi indirizzat, flimkien mal-fornitur jew minfloku, mill-awtoritajiet kompetenti, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit