+Artikolu 25 4.
|
Artikolu 25 4.
Il-fornitur ta’ sistema tal-IA b’riskju għoli u l-parti terza li tforni sistema tal-IA, mudell tal-AI, għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw jew jiġu integrati f’sistema tal-IA b’riskju għoli għandhom, bi ftehim bil-miktub, jispeċifikaw l-informazzjoni, il-kapaċitajiet, l-aċċess tekniku u assistenza oħra meħtieġa abbażi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali, sabiex il-fornitur tas-sistema tal-IA b’riskju għoli jkun jista’ jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal partijiet terzi li jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku għodod, servizzi, proċessi, jew komponenti li mhumiex mudelli tal-IA bi skop ġenerali b’liċenzja libera u b’sors miftuħ. L-Uffiċċju għall-IA jista' jiżviluppa u jirrakkomanda mudelli volontarji ta' termini għal kuntratti bejn il-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli u l-partijiet terzi li jipprovdu għodod, servizzi, komponenti jew proċessi li jintużaw għal sistemi tal-IA b'riskju għoli jew jiġu integrati fihom. Meta jiżviluppa dawk il-mudelli volontarji ta' termini, l-Uffiċċju għall-IA għandu jqis ir-rekwiżiti kuntrattwali possibbli applikabbli f'setturi jew każijiet ta' negozju speċifiċi. Il-mudelli volontarji ta' termini kuntrattwali għandhom jiġu ppubblikati u jkunu disponibbli mingħajr ħlas f'format elettroniku li jista' jintuża faċilment.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|