+Artikolu 27 1.

Artikolu 27 1.

Qabel l-użu ta’ sistema tal-IA b’riskju għoli msemmija fl-Artikolu 6(2), bl-eċċezzjoni ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli maħsuba biex jintużaw fil-qasam elenkat fl-Anness III, il-punt 2, l-implimentaturi li huma korpi rregolati bil-liġi pubblika jew li huma entitajiet privati li jipprovdu servizzi pubbliċi u implimentaturi ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli msemmija fil-punti 5, (b) u (c) tal-Anness III, għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali li l-użu ta’ tali sistema jista’ jipproduċi. Għal dak il-għan, l-implimentaturi għandhom iwettqu valutazzjoni li jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni tal-proċessi tal-implimentatur li fihom ser tintuża s-sistema tal-IA b’riskju għoli skont l-għan maħsub tagħha;

(b) 

deskrizzjoni tal-perjodu ta’ żmien li fih ikun maħsub li kull sistema tal-IA b’riskju għoli ser tintuża, u l-frekwenza ta’ dan l-użu;

(c) 

il-kategoriji ta’ persuni u gruppi fiżiċi li aktarx jiġu affettwati mill-użu tagħha fil-kuntest speċifiku;

(d) 

ir-riskji speċifiċi ta’ ħsara li x’aktarx ikollhom impatt fuq il-kategoriji ta’ persuni fiżiċi jew gruppi ta’ persuni identifikati skont il-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tal-informazzjoni mogħtija mill-fornitur skont l-Artikolu 13;

(e) 

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza mill-bniedem, skont l-istruzzjonijiet għall-użu;

(f) 

il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ tal-materjalizzazzjoni ta’ dawk ir-riskji, inkluż l-arranġamenti għall-governanza interna u l-mekkaniżmi tal-ilmenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit