|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, għall-obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, jew, kif applikabbli, għall-obbligi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V, u:
(i)
it-talba ma tkunx ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni; jew
(ii)
l-istandards armonizzati li jindirizzaw dik it-talba ma jkunux tfasslu sal-iskadenza stipulata f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 1025/2012; jew
(iii)
l-istandards armonizzati rilevanti ma jindirizzawx biżżejjed it-tħassib dwar id-drittijiet fundamentali; jew
(iv)
l-istandards armonizzati ma jkunux konformi mat-talba; u
(b)
ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu jew, kif applikabbli, l-obbligi msemmija fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu V, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli. Meta tabbozza l-ispeċifikazzjonijiet komuni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 67. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|