+Artikolu 50 4.
|
Artikolu 50 4.
L-implimentaturi ta’ sistema tal-IA li tiġġenera jew timmanipula kontenut ta’ immaġni, awdjo jew vidjo li jikkostitwixxi deepfake, għandhom jiddivulgaw li l-kontenut ġie ġġenerat jew immanipulat b’mod artifiċjali. Dan l-obbligu ma għandux japplika meta l-użu jkun awtorizzat bil-liġi għall-kxif, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Meta l-kontenut jifforma parti minn ħidma jew programm evidentement artistiku, kreattiv, satiriku, fittizju jew analogu, l-obbligi ta’ trasparenza stipulati f’dan il-paragrafu huma limitati għad-divulgazzjoni tal-eżistenza ta’ tali kontenut iġġenerat jew manipulat b’mod xieraq li ma jfixkilx il-wiri jew it-tgawdija tax-xogħol. L-implimentaturi ta’ sistema tal-IA li tiġġenera jew timmanipula test li jiġi ppubblikat bl-għan li l-pubbliku jiġi infurmat dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jiddivulgaw li t-test ġie ġġenerat jew immanipulat b’mod artifiċjali. Dan l-obbligu ma għandux japplika meta l-użu jkun awtorizzat bil-liġi għall-kxif, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew meta l-kontenut iġġenerat mill-IA jkun għadda minn proċess ta’ rieżami mill-bniedem jew kontroll editorjali u fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha r-responsabbiltà editorjali għall-pubblikazzjoni tal-kontenut.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|