+Artikolu 55 1.

Artikolu 55 1.

Minbarra l-obbligi elenkati fl-Artikoli 53 u 54, il-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku għandhom:

(a) 

iwettqu evalwazzjoni tal-mudell f'konformità ma' protokolli u għodod standardizzati li jirriflettu l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, inkluż it-twettiq u d-dokumentazzjoni tal-ittestjar kontradittorju tal-mudell bil-ħsieb li jiġu identifikati u mmitigati r-riskji sistemiċi;

(b) 

jivvalutaw u jimmitigaw ir-riskji sistemiċi possibbli fil-livell tal-Unjoni, inkluż is-sorsi tagħhom, li jistgħu jirriżultaw mill-iżvilupp, l-introduzzjoni fis-suq, jew l-użu ta’ mudelli tal-IA bi skop ġenerali b’riskju sistemiku;

(c) 

iżommu rekord ta’, jiddokumentaw u jirrapportaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-Uffiċċju għall-IA u, kif xieraq, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, informazzjoni rilevanti dwar inċidenti serji u miżuri korrettivi possibbli biex dawn jiġu indirizzati;

(d) 

jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni taċ-ċibersigurtà għall-mudell tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku u l-infrastruttura fiżika tal-mudell.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit