+Artikolu 60 1.

Artikolu 60 1.

L-ittestjar tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli f’kundizzjonijiet tad-dinja reali barra minn ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jista’ jitwettaq minn fornituri jew fornituri prospettivi tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli elenkati fl-Anness III jew koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-pjan ta’ ttestjar fid-dinja reali msemmi f’dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet skont l-Artikolu 5.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-elementi dettaljati tal-pjan ta' ttestjar fid-dinja reali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli relatati mal-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit