+Artikolu 61 1.

Artikolu 61 1.

Għall-fini tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali skont l-Artikolu 60, għandu jinkiseb kunsens infurmat mogħti liberament mis-suġġetti tal-ittestjar qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'tali ttestjar u wara li jkunu ġew infurmati kif xieraq b'informazzjoni konċiża, ċara, rilevanti u li tinftiehem dwar:

(a) 

in-natura u l-objettivi tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali u l-inkonvenjenza possibbli li tista' tkun marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom;

(b) 

il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitwettaq l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali, inkluż it-tul ta' żmien mistenni tal-parteċipazzjoni tas-suġġett jew tas-suġġetti;

(c) 

id-drittijiet tagħhom u l-garanziji dwar il-parteċipazzjoni tagħhom, b'mod partikolari d-dritt tagħhom li jirrifjutaw li jipparteċipaw u d-dritt li jirtiraw mill-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali fi kwalunkwe ħin mingħajr ma jirriżulta xi preġudizzju u mingħajr ma jkollhom għalfejn jipprovdu xi ġustifikazzjoni;

(d) 

l-arranġamenti biex jintalab it-treġġigħ lura jew in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-previżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tas-sistema tal-IA;

(e) 

in-numru uniku ta' identifikazzjoni waħdieni għall-Unjoni kollha tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali f'konformità mal-Artikolu 60(4) il-punt (c), u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur jew tar-rappreżentant legali tiegħu li mingħandu tista' tinkiseb aktar informazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit