+Artikolu 43 Tariffi superviżorji
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2

Artikolu 43 Tariffi superviżorji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1

1.   Is-Sorveljant Ewlieni għandu, f’konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jiddebita tariffi lil fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li jkopru bis-sħiħ in-nefqa neċessarja tas-Sorveljant Ewlieni b’rabta mat-twettiq ta’ kompiti ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament, inkluż ir-rimborż ta’ kwalunkwe kost li jista’ jinġarab bħala riżultat tal-ħidma mwettqa mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40, kif ukoll il-kostijiet tal-parir ipprovdut mill-esperti indipendenti kif imsemmi fl-Artikolu 32(4), it-tieni subparagrafu, b’rabta ma’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza diretta.

L-ammont ta’ tariffa debitat lil fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għandu jkun proporzjonat mal-fatturat tiegħu.

Artikolu 43 2

2.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 57 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-ammont tat-tariffi u l-mod li bih għandhom jitħallsu sas-17 ta’ Lulju 2024.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit