1. Is-Sorveljant Ewlieni għandu, f’konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jiddebita tariffi lil fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li jkopru bis-sħiħ in-nefqa neċessarja tas-Sorveljant Ewlieni b’rabta mat-twettiq ta’ kompiti ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament, inkluż ir-rimborż ta’ kwalunkwe kost li jista’ jinġarab bħala riżultat tal-ħidma mwettqa mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40, kif ukoll il-kostijiet tal-parir ipprovdut mill-esperti indipendenti kif imsemmi fl-Artikolu 32(4), it-tieni subparagrafu, b’rabta ma’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza diretta.
L-ammont ta’ tariffa debitat lil fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għandu jkun proporzjonat mal-fatturat tiegħu.