+Artikolu 79 2.

Artikolu 79 2.

Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li sistema tal-IA tippreżenta riskju kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha twettaq evalwazzjoni tas-sistema tal-IA kkonċernata fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti u l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sistemi tal-IA li jippreżentaw riskju għal gruppi vulnerabbli. Meta jiġu identifikati riskji għad-drittijiet fundamentali ta’ persuni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha wkoll tinforma lill-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 77(1) u tikkoopera bis-sħiħ magħhom. L-operaturi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u mal-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi nazzjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 77(1).

Meta, waqt li tkun qed issir dik l-evalwazzjoni, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew, fejn applikabbli l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq f’kooperazzjoni mal-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fl-Artikolu 77(1), issib li s-sistema tal-IA ma tkunx konformi mar-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tirrikjedi mingħajr dewmien żejjed li l-operatur rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha biex iġib is-sistema tal-IA konformi, biex jirtira s-sistema tal-IA mis-suq, jew biex isejjaħha lura fi żmien li tista’ tistabbilixxi l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u f’kull każ mhux aktar tard minn 15-il ġurnata tax-xogħol, jew kif previst fil-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tinforma lill-korp notifikat rilevanti kif meħtieġ. L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit