+Artikolu 101 1.

Artikolu 101 1.

Il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq il-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali li ma jaqbżux it-3 % tal-fatturat globali totali annwali tagħhom fis-sena finanzjarja preċedenti jew EUR 15 000 000 , skont liema minnhom ikun l-ogħla, meta l-Kummissjoni issib li l-fornitur intenzjonalment jew b'negliġenza:

(a) 

kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(b) 

naqas milli jikkonforma ma' talba għal dokument jew għal informazzjoni skont l-Artikolu 91, jew ipprovda informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa;

(c) 

naqas milli jikkonforma ma' miżura mitluba skont l-Artikolu 93;

(d) 

naqas milli jagħmel disponibbli għall-Kummissjoni aċċess għall-IA bi skop ġenerali jew mudell tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku bil-ħsieb li titwettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 92.

Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta' penali, għandhom jitqiesu n-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, filwaqt li jittieħed kont debitu tal-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-impenji li jkunu saru f'konformità mal-Artikolu 93(3) jew fil-kodiċijiet ta' prattika rilevanti f'konformità mal-Artikolu 56.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit