|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Meta tħejji l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, l-impriżi tas-settur privat, inklużi l-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-komunità tas-software b’sors miftuħ, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-akkademja, u l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni kif ukoll il-gruppi ta’ esperti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha, b’mod strutturat, fejn xieraq, tikkonsulta u titlob il-fehmiet ta’ dawk il-partijiet ikkonċernati meta:
(a)
tkun qed tipprepara l-gwida msemmija fl-Artikolu 26;
(b)
tkun qed tipprepara d-deskrizzjonijiet tekniċi tal-kategoriji ta’ prodotti stabbiliti fl-Anness III f’konformità mal-Artikolu 7(4), il-valutazzjoni tal-ħtieġa għal aġġornamenti potenzjali tal-lista ta’ kategoriji ta’ prodotti f’konformità mal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(2), jew it-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq is-suq imsemmija fl-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 61;
(c)
tkun qed twettaq ħidma preparatorja għall-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|