+Artikolu 54 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi
---+Artikolu 54 1
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 3
---+Artikolu 54 4
---+Artikolu 54 5
---+Artikolu 54 6
|
Artikolu 54 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattiva li kontriha ma jkun hemm l-ebda appell wara li d-destinatarju tal-penali jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 54 2
|
2. Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, l-identità tal-persuni responsabbli u l-penali imposti.
|
|
Artikolu 54 3
|
3. Fejn l-awtorità kompetenti, wara valutazzjoni każ b’każ, tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u tad-data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, tkun sproporzjonata, inkluż riskji fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew l-insegwiment ta’ investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew tikkawża, sakemm din tkun tista’ tiġi determinata, ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, għandha tadotta waħda mis-soluzzjonijiet li ġejjin fir-rigward tad-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva:
|
(a)
|
tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tagħha sakemm ir-raġunijiet kollha kontra l-pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
|
|
(b)
|
tippubblikaha fuq bażi anonima, f’konformità mal-liġi nazzjonali; jew
|
|
(c)
|
iżżomm lura milli tippubblikaha, fejn l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiggarantixxu li ma jkun hemm l-ebda periklu għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, jew fejn tali pubblikazzjoni ma tkunx proporzjonali mal-klemenza tal-penali imposta.
|
|
|
Artikolu 54 4
|
4. Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata penali amministrattiva fuq bażi anonima f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta.
|
|
Artikolu 54 5
|
5. Fejn awtorità kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi penali amministrattiva li kontriha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu minnufih fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u, fi stadji aktar tard, kwalunkwe informazzjoni relatata sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva għandha tiġi ppubblikata wkoll.
|
|
Artikolu 54 6
|
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom biss għall-perjodu li jkun meħtieġ biex jitwettaq dan l-Artikolu. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-ħames snin wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|