Artikolu 53
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA sas-17 ta’ Jannar 2025. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.