+Artikolu 57 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 57 1
---+Artikolu 57 2
---+Artikolu 57 3
---+Artikolu 57 4
---+Artikolu 57 5
---+Artikolu 57 6
|
Artikolu 57 Eżerċizzju tad-delega
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1
|
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 57 2
|
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 31(6) u 43(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Jannar 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.
|
|
Artikolu 57 3
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 31(6) u 43(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 57 4
|
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
|
|
Artikolu 57 5
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 57 6
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 31(6) u 43(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|