+Artikolu 7 1.

Artikolu 7 1.

Kull Stat Membru għandu jadotta strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà li tipprevedi l-objettivi strateġiċi, ir-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi, u l-miżuri regolatorji u politiċi xierqa biex jinkiseb u jinżamm livell għoli ta' ċibersigurtà. L-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi:

(a) 

objettivi u prijoritajiet tal-istrateġija taċ-ċibersigurtà tal-Istat Membru li jkopru b'mod partikolari s-setturi msemmija fl-Annessi I u II;

(b) 

qafas ta' governanza biex jintlaħqu l-objettivi u l-prijoritajiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, inklużi l-politiki msemmija fil-paragrafu 2;

(c) 

qafas ta' governanza li jiċċara r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet interessati rilevanti fil-livell nazzjonali, li jirfed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-punti uniċi ta' kuntatt, u s-CSIRTs skont din id-Direttiva, kif ukoll il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk il-korpi u l-awtoritajiet kompetenti skont atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur;

(d) 

mekkaniżmu biex jiġu identifikati l-assi rilevanti u valutazzjoni tar-riskji f'dak l-Istat Membru;

(e) 

identifikazzjoni tal-miżuri li jiżguraw it-tħejjija, ir-rispons u l-irkupru fir-rigward tal-inċidenti, inkluża l-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u dawk privati;

(f) 

lista tad-diversi awtoritajiet u partijiet interessati involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà;

(g) 

qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2557 għall-fini tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar ir-riskji, it-theddid, u l-inċidenti ċibernetiċi kif ukoll dwar ir-riskji, it-theddid u l-inċidenti mhux ċibernetiċi u l-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji, kif xieraq;

(h) 

pjan, inklużi l-miżuri meħtieġa, biex jissaħħaħ il-livell ġenerali ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fost iċ-ċittadini.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit