+Artikolu 7 Strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Kull Stat Membru għandu jadotta strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà li tipprevedi l-objettivi strateġiċi, ir-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi, u l-miżuri regolatorji u politiċi xierqa biex jinkiseb u jinżamm livell għoli ta' ċibersigurtà. L-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi:

(a) 

objettivi u prijoritajiet tal-istrateġija taċ-ċibersigurtà tal-Istat Membru li jkopru b'mod partikolari s-setturi msemmija fl-Annessi I u II;

(b) 

qafas ta' governanza biex jintlaħqu l-objettivi u l-prijoritajiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, inklużi l-politiki msemmija fil-paragrafu 2;

(c) 

qafas ta' governanza li jiċċara r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet interessati rilevanti fil-livell nazzjonali, li jirfed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-punti uniċi ta' kuntatt, u s-CSIRTs skont din id-Direttiva, kif ukoll il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn dawk il-korpi u l-awtoritajiet kompetenti skont atti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur;

(d) 

mekkaniżmu biex jiġu identifikati l-assi rilevanti u valutazzjoni tar-riskji f'dak l-Istat Membru;

(e) 

identifikazzjoni tal-miżuri li jiżguraw it-tħejjija, ir-rispons u l-irkupru fir-rigward tal-inċidenti, inkluża l-kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u dawk privati;

(f) 

lista tad-diversi awtoritajiet u partijiet interessati involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà;

(g) 

qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva (UE) 2022/2557 għall-fini tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar ir-riskji, it-theddid, u l-inċidenti ċibernetiċi kif ukoll dwar ir-riskji, it-theddid u l-inċidenti mhux ċibernetiċi u l-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji, kif xieraq;

(h) 

pjan, inklużi l-miżuri meħtieġa, biex jissaħħaħ il-livell ġenerali ta' sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fost iċ-ċittadini.

Artikolu 7 2.

Bħala parti mill-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jadottaw politiki:

(a) 

li jindirizzaw iċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista għall-prodotti tal-ICT u s-servizzi tal-ICT użati mill-entitajiet għall-forniment tas-servizzi tagħhom;

(b) 

dwar l-inklużjoni u l-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżiti relatati maċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT u s-servizzi tal-ICT fl-akkwist pubbliku, inkluż fir-rigward ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, kriptaġġ u l-użu ta' prodotti taċ-ċibersigurtà b'sors miftuħ;

(c) 

li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet, filwaqt li jkopru l-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tad-divulgazzjoni koordinata tal-vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 12(1);

(d) 

relatati mas-sostenn tad-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità ġenerali tal-qalba pubblika tal-internet miftuħ, inkluża, meta rilevanti, iċ-ċibersigurtà tal-kejbils tal-komunikazzjoni taħt il-baħar;

(e) 

li jippromwovu l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati rilevanti bil-għan li jiġu implimentati miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku;

(f) 

li jippromwovu u jiżviluppaw edukazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà, ħiliet, sensibilizzazzjoni u riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, u inizjattivi ta' riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, kif ukoll gwida dwar prattiki u kontrolli tajbin tal-iġjene ċibernetika, immirati lejn iċ-ċittadini, il-partijiet interessati u l-entitajiet;

(g) 

li jappoġġaw l-istituzzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka fl-iżvilupp, it-titjib u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta' għodod taċ-ċibersigurtà u infrastruttura tan-network sigura;

(h) 

li jinkludu proċeduri rilevanti u għodod xierqa għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà bejn l-entitajiet f'konformità mal-liġi tal-Unjoni;

(i) 

li jsaħħu r-reżiljenza ċibernetika u l-linja bażi tal-iġjene ċibernetika tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari dawk esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, billi jipprovdu gwida u assistenza faċilment aċċessibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

(j) 

li jippromwovu protezzjoni ċibernetika attiva.

Artikolu 7 3.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-istrateġiji nazzjonali taċ-ċibersigurtà tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jeskludu informazzjoni li jkollha x'taqsam mas-sigurtà nazzjonali tagħhom minn tali notifiki.
Artikolu 7 4.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-istrateġiji nazzjonali taċ-ċibersigurtà tagħhom fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin abbażi ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u, meta meħtieġ, jaġġornawhom. L-ENISA għandha tassisti lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fl-iżvilupp jew l-aġġornament ta' strateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà u ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni ta' dik l-istrateġija, sabiex jallinjawha mar-rekwiżiti u l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit