+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 2.

Bħala parti mill-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jadottaw politiki:

(a) 

li jindirizzaw iċ-ċibersigurtà fil-katina tal-provvista għall-prodotti tal-ICT u s-servizzi tal-ICT użati mill-entitajiet għall-forniment tas-servizzi tagħhom;

(b) 

dwar l-inklużjoni u l-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżiti relatati maċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT u s-servizzi tal-ICT fl-akkwist pubbliku, inkluż fir-rigward ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, kriptaġġ u l-użu ta' prodotti taċ-ċibersigurtà b'sors miftuħ;

(c) 

li jieħdu ħsieb il-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet, filwaqt li jkopru l-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tad-divulgazzjoni koordinata tal-vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 12(1);

(d) 

relatati mas-sostenn tad-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità ġenerali tal-qalba pubblika tal-internet miftuħ, inkluża, meta rilevanti, iċ-ċibersigurtà tal-kejbils tal-komunikazzjoni taħt il-baħar;

(e) 

li jippromwovu l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati rilevanti bil-għan li jiġu implimentati miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku;

(f) 

li jippromwovu u jiżviluppaw edukazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà, ħiliet, sensibilizzazzjoni u riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, u inizjattivi ta' riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, kif ukoll gwida dwar prattiki u kontrolli tajbin tal-iġjene ċibernetika, immirati lejn iċ-ċittadini, il-partijiet interessati u l-entitajiet;

(g) 

li jappoġġaw l-istituzzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka fl-iżvilupp, it-titjib u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta' għodod taċ-ċibersigurtà u infrastruttura tan-network sigura;

(h) 

li jinkludu proċeduri rilevanti u għodod xierqa għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà bejn l-entitajiet f'konformità mal-liġi tal-Unjoni;

(i) 

li jsaħħu r-reżiljenza ċibernetika u l-linja bażi tal-iġjene ċibernetika tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikolari dawk esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, billi jipprovdu gwida u assistenza faċilment aċċessibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

(j) 

li jippromwovu protezzjoni ċibernetika attiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit