|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.L-ENISA għandha tiżviluppa u żżomm, wara li tikkonsulta l-Grupp ta' Kooperazzjoni, bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet. Għal dak il-għan, l-ENISA għandha tistabbilixxi u żżomm sistemi tal-informazzjoni, politiki u proċeduri xierqa, u għandha tadotta l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà u l-integrità tal-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet, biex, b'mod partikolari, tippermetti li l-entitajiet, irrispettivament minn jekk jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-fornituri tagħhom tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni, jiżvelaw u jirreġistraw, fuq bażi volontarja, il-vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament preżenti fil-prodotti tal-ICT jew fis-servizzi tal-ICT. Il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet li jinsabu fil-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet. Dik il-bażi tad-data għandha tinkludi:
(a)
informazzjoni li tiddeskrivi l-vulnerabbiltà;
(b)
il-prodotti tal-ICT jew is-servizzi tal-ICT affettwati u s-severità tal-vulnerabbiltà mil-lat taċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi sfruttata;
(c)
id-disponibbiltà ta' patches relatati u, fin-nuqqas ta' tali patches, gwida pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti jew mis-CSIRTs indirizzata lill-utenti ta' prodotti tal-ICT u servizzi tal-ICT vulnerabbli dwar kif ir-riskji li jirriżultaw mill-vulnerabbiltajiet divulgati jistgħu jiġu mmitigati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|