+Artikolu 12 Divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet u bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.

Artikolu 12 Divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet u bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

Kull Stat Membru għandu jaħtar waħda mis-CSIRTs tiegħu bħala koordinatur għall-finijiet ta' divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet. Is-CSIRT maħtura bħala koordinatur għandha taġixxi bħala intermedjarju fdat u tiffaċilita, meta meħtieġ, l-interazzjoni bejn il-persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta vulnerabbiltà u l-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT jew tas-servizzi tal-ICT li jkunu potenzjalment vulnerabbli, fuq talba ta' waħda mill-partijiet. Il-kompiti tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur għandhom jinkludu:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-entitajiet ikkonċernati u l-kuntatt magħhom;

(b) 

l-għoti ta' assistenza lill-persuni fiżiċi jew ġurdiċi li jirrapportaw vulnerabbiltà; u

(c) 

in-negozjar tal-iskedi ta' żmien tad-divulgazzjoni, u l-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet li jaffettwaw entitajiet multipli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkunu jistgħu jirrapportaw vulnerabbiltà b'mod anonimu, meta jitolbu dan, lis-CSIRT maħtura bħala koordinatur. Is-CSIRT maħtura bħala koordinatur għandha tiżgura li titwettaq azzjoni ta' segwitu diliġenti fir-rigward tal-vulnerabbiltà rrappurtata u għandha tiżgura l-anonimità tal-persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta l-vulnerabbiltà. Meta l-vulnerabbiltà rapportata jista' jkollha impatt sinifikanti fuq entitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, is-CSIRT maħtura ta' kull Stat Membru kkonċernat għandha, meta jkun xieraq, tikkoopera ma' CSIRTs maħturin oħra fin-network tas-CSIRTs.

Artikolu 12 2.

L-ENISA għandha tiżviluppa u żżomm, wara li tikkonsulta l-Grupp ta' Kooperazzjoni, bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet. Għal dak il-għan, l-ENISA għandha tistabbilixxi u żżomm sistemi tal-informazzjoni, politiki u proċeduri xierqa, u għandha tadotta l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà u l-integrità tal-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet, biex, b'mod partikolari, tippermetti li l-entitajiet, irrispettivament minn jekk jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-fornituri tagħhom tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni, jiżvelaw u jirreġistraw, fuq bażi volontarja, il-vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament preżenti fil-prodotti tal-ICT jew fis-servizzi tal-ICT. Il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet li jinsabu fil-bażi tad-data Ewropea tal-vulnerabbiltajiet. Dik il-bażi tad-data għandha tinkludi:

(a) 

informazzjoni li tiddeskrivi l-vulnerabbiltà;

(b) 

il-prodotti tal-ICT jew is-servizzi tal-ICT affettwati u s-severità tal-vulnerabbiltà mil-lat taċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi sfruttata;

(c) 

id-disponibbiltà ta' patches relatati u, fin-nuqqas ta' tali patches, gwida pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti jew mis-CSIRTs indirizzata lill-utenti ta' prodotti tal-ICT u servizzi tal-ICT vulnerabbli dwar kif ir-riskji li jirriżultaw mill-vulnerabbiltajiet divulgati jistgħu jiġu mmitigati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit