|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu, sas-17 ta’ Jannar 2025, jistabbilixxi, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u tal-ENISA, u, fejn rilevanti, in-network tas-CSIRTs, il-metodoloġija u l-aspetti organizzattivi tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari bil-ħsieb li wieħed jitgħallem minn esperjenzi kondiviżi, isaħħaħ il-fiduċja reċiproka, jikseb livell komuni għoli ta' ċibersigurtà, kif ukoll itejjeb il-kapaċitajiet u l-politiki taċ-ċibersigurtà tal-Istati Membri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-parteċipazzjoni fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari hija volontarja. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jitwettqu minn esperti taċ-ċibersigurtà. L-esperti taċ-ċibersigurtà għandhom jiġu maħturin minn tal-anqas żewġ Stati Membri, differenti mill-Istat Membru li jkun qed jiġi evalwat. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-livell tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 21 u 23;
(b)
il-livell tal-kapaċitajiet, inklużi r-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani disponibbli, u l-effettività tat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti;
(c)
il-kapaċitajiet operazzjonali tas-CSIRTs;
(d)
il-livell tal-implimentazzjoni tal-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 37;
(e)
il-livell tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 29;
(f)
il-kwistjonijiet speċifiċi ta' natura transfruntiera jew transsettorjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|