+Artikolu 19 Evalwazzjonijiet bejn il-pari
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.

Artikolu 19 Evalwazzjonijiet bejn il-pari

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu, sas-17 ta’ Jannar 2025, jistabbilixxi, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u tal-ENISA, u, fejn rilevanti, in-network tas-CSIRTs, il-metodoloġija u l-aspetti organizzattivi tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari bil-ħsieb li wieħed jitgħallem minn esperjenzi kondiviżi, isaħħaħ il-fiduċja reċiproka, jikseb livell komuni għoli ta' ċibersigurtà, kif ukoll itejjeb il-kapaċitajiet u l-politiki taċ-ċibersigurtà tal-Istati Membri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-parteċipazzjoni fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari hija volontarja. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jitwettqu minn esperti taċ-ċibersigurtà. L-esperti taċ-ċibersigurtà għandhom jiġu maħturin minn tal-anqas żewġ Stati Membri, differenti mill-Istat Membru li jkun qed jiġi evalwat.

L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-livell tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 21 u 23;

(b) 

il-livell tal-kapaċitajiet, inklużi r-riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani disponibbli, u l-effettività tat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

il-kapaċitajiet operazzjonali tas-CSIRTs;

(d) 

il-livell tal-implimentazzjoni tal-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 37;

(e) 

il-livell tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 29;

(f) 

il-kwistjonijiet speċifiċi ta' natura transfruntiera jew transsettorjali.

Artikolu 19 2.
Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji, ġusti u trasparenti li abbażi tagħhom l-Istati Membri jaħtru esperti eliġibbli taċ-ċibersigurtà biex iwettqu l-evalwazzjonijiet bejn il-pari. Il-Kummissjoni u l-ENISA għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari.
Artikolu 19 3.
L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw kwistjonijiet speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (f), għall-finijiet ta' evalwazzjoni bejn il-pari.
Artikolu 19 4.
Qabel il-bidu ta' evalwazzjoni bejn il-pari kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri parteċipanti dwar l-iskop tagħha, inklużi l-kwistjonijiet speċifiċi identifikati skont il-paragrafu 3.
Artikolu 19 5.
Qabel il-bidu tal-evalwazzjoni bejn il-pari, l-Istati Membri jistgħu jwettqu awtovalutazzjoni tal-aspetti evalwati u jipprovdu dik l-awtovalutazzjoni lill-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin. Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu, bl-għajnuna tal-Kummissjoni u tal-ENISA, jistabbilixxi l-metodoloġija għall-awtovalutazzjoni tal-Istati Membri.
Artikolu 19 6.
L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jinvolvu żjarat fuq il-post fiżiċi jew virtwali u skambji tal-informazzjoni mhux fuq il-post. F'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni tajba, l-Istat Membru li jkun soġġett għall-evalwazzjoni bejn il-pari għandu jipprovdi lill-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali jew tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali jew klassifikata jew għas-salvagwardja ta' funzjonijiet Statali essenzjali, bħas-sigurtà nazzjonali. Il-Grupp ta' Kooperazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-ENISA, għandu jiżviluppa kodiċijiet ta' kondotta xierqa li jirfdu l-metodi ta' ħidma tal-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin. Kull informazzjoni miksuba waqt l-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tintuża biss għal dak l-iskop. L-esperti taċ-ċibersigurtà li jipparteċipaw fl-evalwazzjoni bejn il-pari ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali miksuba waqt dik l-evalwazzjoni bejn il-pari lil partijiet terzi.
Artikolu 19 7.
Ladarba jkunu ġew soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari, l-istess aspetti evalwati ma għandhomx ikunu soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari f'dak l-Istat Membru għal perjodu ta' sentejn wara l-konklużjoni tal-evalwazzjoni bejn il-pari, sakemm ma jiġix mitlub mod ieħor mill-Istat Membru jew maqbul wara proposta tal-Grupp ta' Kooperazzjoni.
Artikolu 19 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe riskju ta' kunflitt ta' interess li jikkonċerna l-esperti taċ-ċibersigurtà maħturin jiġi żvelat lill-Istati Membri l-oħra, lill-Grupp ta' Kooperazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-ENISA, qabel il-bidu tal-evalwazzjoni bejn il-pari. L-Istat Membru soġġett għall-evalwazzjoni bejn il-pari jista' joġġezzjona għal-ħatra ta' esperti taċ-ċibersigurtà partikolari għal raġunijiet debitament ġustifikati kkomunikati lill-Istati Membri maħturin.
Artikolu 19 9.
L-esperti taċ-ċibersigurtà li jipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jabbozzaw rapporti dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari. L-Istati Membri soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-abbozzi tar-rapporti li jikkonċernawhom u tali kummenti għandhom jiġu mehmuża mar-rapporti. Ir-rapporti għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet li jippermettu titjib fl-aspetti koperti mill-evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi lill-Grupp ta' Kooperazzjoni u lin-network tas-CSIRTs fejn rilevanti. Stat Membru soġġett għal evalwazzjoni bejn il-pari jista' jiddeċiedi li jagħmel ir-rapport tiegħu, jew verżjoni redatta tiegħu, disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit