+Artikolu 21 5.

Artikolu 21 5.

Sas-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta' ismijiet tat-TLD, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri tan-networks tal-konsenja tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, il-magni tat-tiftix online u ta' pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti settorjali, kif meħtieġ, tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward ta' entitajiet essenzjali u importanti għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Meta tkun qed tħejji l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha , sa fejn ikun possibbli, issegwi standards Ewropej u internazzjonali, kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiskambja l-pariri u tikkoopera mal-Grupp ta' Kooperazzjoni u mal-ENISA dwar l-abbozzi tal-atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(4), il-punt (e).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit