+Artikolu 23 11.

Artikolu 23 11.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar it-tip ta' informazzjoni, il-format u l-proċedura ta' notifika ppreżentata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 30 u ta' komunikazzjoni sottomessa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Sas-17 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għandha, fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi tad-DNS, ir-reġistri ta' ismijiet tat-TLD, il-fornituri ta' servizzi tal-cloud computing, il-fornituri ta' servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri ta' networks tal-konsenja tal-kontenut, il-fornituri ta' servizzi ġestiti, il-fornituri ta' servizzi tas-sigurtà ġestiti, kif ukoll il-fornituri tas-swieq online, ta' magni tat-tiftix online u ta' pjattaformi ta' servizzi tan-networking soċjali, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar il-każijiet li fihom inċident għandu jitqies li hu sinifikanti kif imsemmi fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni tista' tadotta tali atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' entitajiet essenzjali u importanti oħra.

Il-Kummissjoni għandha tiskambja pariri u tikkoopera mal-Grupp ta' Kooperazzjoni dwar l-abbozzi tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 14(4), il-punt (e).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit