|
+Artikolu 32 5. |
Artikolu 32 5.Meta l-miżuri ta' infurzar adottati skont il-paragrafu 4, il-punti (a) sa (d) u (f), ma jkunux effettivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħa li jistabbilixxu skadenza biex sa dik id-data, l-entità essenzjali tintalab tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tirrimedja n-nuqqasijiet jew biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dawk l-awtoritajiet. Jekk l-azzjoni mitluba ma titteħidx sal-iskadenza stabbilita, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħa li:
(a)
jissospendu temporanjament, jew jitolbu korp ta' ċertifikazzjoni jew awtorizzazzjoni jew qorti jew tribunal, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jissospendu temporanjament ċertifikazzjoni jew awtorizzazzjoni li tikkonċerna parti mis-servizzi rilevanti pprovduti jew mill-attivitajiet rilevanti imwettqa mill-entità essenzjali, jew kollha kemm huma;
(b)
jitolbu li l-korpi, il-qrati jew it-tribunali rilevanti, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jipprojbixxu temporanjament kwalunkwe persuna naturali li tkun responsabbli mit-twettiq ta' responsabbiltajiet maniġerjali fil-livell ta' kap eżekuttiv jew ta' rappreżentant legali fl-entità essenzjali milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali f'dik l-entità. Is-sospensjonijiet jew il-projbizzjonijiet temporanji imposti skont dan il-paragrafu għandhom jiġu applikati biss sakemm l-entità kkonċernata tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tirrimedja n-nuqqasijiet jew tikkonforma mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti li għaliha jkunu ġew applikati tali miżuri ta' infurzar. L-impożizzjoni ta' tali sospensjonijiet jew projbizzjonijiet temporanji għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji proċedurali xierqa f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-Karta, inklużi d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt għad-difiża. Il-miżuri ta' infurzar previsti f'dan il-paragrafu ma għandhomx ikunu applikabbli għall-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|