+Artikolu 33 2.

Artikolu 33 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom fir-rigward tal-entitajiet importanti, ikollhom is-setgħa li jissoġġettaw lil dawk l-entitajiet tal-inqas għal:

(a) 

spezzjonijiet fuq il-post u superviżjoni ex post mhux fuq il-post imwettqa minn professjonisti mħarrġa;

(b) 

awditi tas-sigurtà mmirati mwettqa minn korp indipendenti jew minn awtorità kompetenti;

(c) 

scans tas-sigurtà bbażati fuq kriterji ta' valutazzjoni tar-riskju oġġettivi, mhux diskriminatorji, ġusti u trasparenti, meta meħtieġ bil-kooperazzjoni tal-entità kkonċernata;

(d) 

talbiet għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati, ex post, il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà adottati mill-entità kkonċernata, inklużi politiki taċ-ċibersigurtà dokumentati, kif ukoll il-konformità mal-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 27;

(e) 

talbiet għal aċċess għal data, dokumenti u informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom;

(f) 

talbiet għal evidenza tal-implimentazzjoni tal-politiki taċ-ċibersigurtà, bħar-riżultati tal-verifiki tas-sigurtà mwettqa minn awditur kwalifikat u l-evidenza sottostanti rispettiva.

L-awditi tas-sigurtà mmirati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew l-entità awditjata, jew fuq informazzjoni disponibbli oħra relatata mar-riskju.

Ir-riżultati ta' kwalunkwe awditu tas-sigurtà mmirat għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti. Il-kostijiet ta' tali awditjar tas-sigurtà mmirat imwettaq minn korp indipendenti għandhom jitħallsu mill-entità awditjata, ħlief f'każijiet debitamen sostanzjati meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi mod ieħor.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit