+Artikolu 33 Miżuri superviżorji u ta' infurzar fir-rigward ta' entitajiet importanti
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.

Artikolu 33 Miżuri superviżorji u ta' infurzar fir-rigward ta' entitajiet importanti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Meta jingħataw evidenza, indikazzjoni jew informazzjoni li entità importanti allegatament mhix konformi ma' din id-Direttiva, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 23 tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni, fejn meħtieġ, permezz ta' miżuri superviżorji ex post. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwali.
Artikolu 33 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom fir-rigward tal-entitajiet importanti, ikollhom is-setgħa li jissoġġettaw lil dawk l-entitajiet tal-inqas għal:

(a) 

spezzjonijiet fuq il-post u superviżjoni ex post mhux fuq il-post imwettqa minn professjonisti mħarrġa;

(b) 

awditi tas-sigurtà mmirati mwettqa minn korp indipendenti jew minn awtorità kompetenti;

(c) 

scans tas-sigurtà bbażati fuq kriterji ta' valutazzjoni tar-riskju oġġettivi, mhux diskriminatorji, ġusti u trasparenti, meta meħtieġ bil-kooperazzjoni tal-entità kkonċernata;

(d) 

talbiet għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vvalutati, ex post, il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà adottati mill-entità kkonċernata, inklużi politiki taċ-ċibersigurtà dokumentati, kif ukoll il-konformità mal-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 27;

(e) 

talbiet għal aċċess għal data, dokumenti u informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom;

(f) 

talbiet għal evidenza tal-implimentazzjoni tal-politiki taċ-ċibersigurtà, bħar-riżultati tal-verifiki tas-sigurtà mwettqa minn awditur kwalifikat u l-evidenza sottostanti rispettiva.

L-awditi tas-sigurtà mmirati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti jew l-entità awditjata, jew fuq informazzjoni disponibbli oħra relatata mar-riskju.

Ir-riżultati ta' kwalunkwe awditu tas-sigurtà mmirat għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti. Il-kostijiet ta' tali awditjar tas-sigurtà mmirat imwettaq minn korp indipendenti għandhom jitħallsu mill-entità awditjata, ħlief f'każijiet debitamen sostanzjati meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 33 3.
Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont il-paragrafu 2, il-punti (d), (e) jew (f), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw l-għan tat-talba u jispeċifikaw l-informazzjoni mitluba.
Artikolu 33 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat tal-infurzar tagħhom fir-rigward tal-entitajiet importanti, ikollhom is-setgħa tal-inqas li:

(a) 

joħorġu twissijiet dwar il-ksur ta' din id-Direttiva mill-entitajiet ikkonċernati;

(b) 

jaddottaw istruzzjonijiet vinkolanti jew ordni li tirrikjedi li l-entitajiet ikkonċernati jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati jew il-ksur ta' din id-Direttiva;

(c) 

jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jwaqqfu mġiba li tikser din id-Direttiva u ma jirrepetuhiex;

(d) 

jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jiżguraw li l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tagħhom jikkonformaw mal-Artikoli 21 jew jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 23, b'mod speċifikat u fi żmien perjodu speċifikat;

(e) 

jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jinfurmaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fir-rigward tagħhom jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet li huma potenzjalment affettwati minn theddida ċibernetika sinifikanti dwar in-natura tat-theddida, kif ukoll dwar kull miżura protettiva jew ta' rimedju possibbli li tista' tittieħed minn dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala rispons għal dik it-theddida;

(f) 

jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti bħala riżultat ta' awditu tas-sigurtà fi żmien skadenza raġonevoli;

(g) 

jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jippubblikaw aspetti ta' ksur ta' din id-Direttiva b'mod speċifikat;

(h) 

jimponu jew jitolbu l-impożizzjoni mill-korpi, mill-qrati jew mit-tribunali rilevanti, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ta' multa amministrattiva skont l-Artikolu 34 flimkien ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 33 5.
L-Artikolu 32(6), (7) u (8) għandu japplika mutatis mutandis għall-miżuri superviżorji u ta' infurzar previsti f'dan l-Artikolu għall-entitajiet importanti .
Artikolu 33 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont din id-Direttiva jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti kompetenti tal- Stat Membru konċernat skont ir-Regolament (UE) 2022/2554 B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom taħt din id-Direttiva jinfurmaw lill-Forum ta' Sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u ta' infurzar tagħhom immirati biex jiżguraw konformità ta' entità importanti li hija nominata bħala fornitur terz ta' servizzi tal-ICT kritiċi skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2022/2554 ma' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit