|
+Artikolu 33 4. |
Artikolu 33 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat tal-infurzar tagħhom fir-rigward tal-entitajiet importanti, ikollhom is-setgħa tal-inqas li:
(a)
joħorġu twissijiet dwar il-ksur ta' din id-Direttiva mill-entitajiet ikkonċernati;
(b)
jaddottaw istruzzjonijiet vinkolanti jew ordni li tirrikjedi li l-entitajiet ikkonċernati jirrimedjaw in-nuqqasijiet identifikati jew il-ksur ta' din id-Direttiva;
(c)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jwaqqfu mġiba li tikser din id-Direttiva u ma jirrepetuhiex;
(d)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jiżguraw li l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà tagħhom jikkonformaw mal-Artikoli 21 jew jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 23, b'mod speċifikat u fi żmien perjodu speċifikat;
(e)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jinfurmaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li fir-rigward tagħhom jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet li huma potenzjalment affettwati minn theddida ċibernetika sinifikanti dwar in-natura tat-theddida, kif ukoll dwar kull miżura protettiva jew ta' rimedju possibbli li tista' tittieħed minn dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħala rispons għal dik it-theddida;
(f)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti bħala riżultat ta' awditu tas-sigurtà fi żmien skadenza raġonevoli;
(g)
jordnaw lill-entitajiet ikkonċernati jippubblikaw aspetti ta' ksur ta' din id-Direttiva b'mod speċifikat;
(h)
jimponu jew jitolbu l-impożizzjoni mill-korpi, mill-qrati jew mit-tribunali rilevanti, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ta' multa amministrattiva skont l-Artikolu 34 flimkien ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (g) ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|