+Artikolu 6 4.

Artikolu 6 4.

Il-gwardjan għandu jippermetti u jagħmel possibbli b’mod tekniku l-installazzjoni u l-użu effettiv ta’ applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software ta’ partijiet terzi li jużaw, jew li joperaw ma’, sistemi operattivi tiegħu, u jippermetti li dawk l-applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software jiġu aċċessati b’mezzi oħra għajr is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma rilevanti ta’ dak il-gwardjan. Fejn applikabbli, il-gwardjan ma għandux iwaqqaf l-applikazzjonijiet tas-software jew il-ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software ta’ parti terza li jkunu niżżlu milli jħeġġu lill-utenti finali jiddeċiedu jekk iridux jissettjawhom bħala prestabbiliti. Il-gwardjan għandu jagħmilha possibbli b’mod tekniku li l-utenti finali li jiddeċiedu li jissettjaw dik l-applikazzjoni tas-software jew il-ħanut ta’ applikazzjonijiet tas-software li jkunu niżżlu bħala prestabbiliti biex iwettqu dik il-bidla faċilment.

Il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli jieħu, sa fejn huma strettament meħtieġa u proporzjonati, miżuri biex jiżgura li applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software ta’ partijiet terzi ma jipperikolawx l-integrità tal-hardware jew tas-sistema operattiva pprovduta mill-gwardjan, dment li tali miżuri jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.

Barra minn hekk, il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli japplika, sa fejn huma strettament meħtieġa u proporzjonati, miżuri u settings għajr settings prestabbiliti, li jippermettu lill-utenti finali jipproteġu b’mod effettiv is-sigurtà fir-rigward ta’ applikazzjonijiet tas-software jew ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software ta’ partijiet terzi, dment li tali miżuri u settings għajr settings prestabbiliti jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit