+Artikolu 6 7.

Artikolu 6 7.

Il-gwardjan għandu jippermetti lill-fornituri ta’ servizzi u lill-fornituri ta’ hardware, mingħajr ħlas, interoperabbiltà effettiva ma’, u aċċess għall-finijiet ta’ interoperabbiltà għall-istess karatteristiċi tal-hardware u tas-software aċċessati jew ikkontrollati permezz tas-sistema operattiva jew l-assistent virtwali elenkat fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9) li jkunu disponibbli għas-servizzi jew il-hardware ipprovduti mill-gwardjan. Barra minn hekk, il-gwardjan għandu jippermetti lill-utenti kummerċjali u lill-fornituri alternattivi ta’ servizzi pprovduti flimkien ma’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, jew b’appoġġ għalihom, mingħajr ħlas, interoperabbiltà effettiva ma’, u aċċess għall-finijiet ta’ interoperabbiltà għall-istess sistema operattiva, tal-hardware jew tal-karatteristiċi tas-software, irrispettivament minn jekk dawk il-karatteristiċi jkunux parti mis-sistema operattiva, kif ikunu disponibbli jew użati minn dak il-gwardjan meta jipprovdi tali servizzi.

Il-gwardjan ma għandux jitwaqqaf milli jieħu miżuri strettament meħtieġa u proporzjonati biex jiżgura li l-interoperabbiltà ma tikkompromettix l-integrità tas-sistema operattiva, tal-assistent virtwali, tal-karatteristiċi tal-hardware jew tas-software pprovduti mill-gwardjan, dment li tali miżuri jkunu debitament ġustifikati mill-gwardjan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit