|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:
(a)
fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), fl-Artikolu 151(9), fl-Artikolu 283 u fl-Artikolu 325az ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew b'mod konġunt mis-sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sabiex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess jenħtieġ li jkun soġġett għalihom;
(b)
għall-fini li jiġi ddeterminat jekk humiex sodisfatti l-kriterji għat-trattament ta' intragrupp speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 422(9) u l-Artikolu 425(5) ikkomplimentati mill-istandards regolatorji tal-ABE msemmija fl-Artikolu 422(10) u l-Artikolu 425(6). L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|