|
+Artikolu 47a 3. |
Artikolu 47a 3.Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala improduttivi:
(a)
skopertura li fir-rigward tagħha jitqies li seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178;
(b)
skopertura li tkun meqjusa bħala deprezzata skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli;
(c)
skopertura taħt prova skont il-paragrafu 7, fejn jingħataw miżuri ta' tolleranza addizzjonali jew fejn l-iskopertura taqbeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum;
(d)
skopertura fil-forma ta' impenn li, kieku nġibdet jew intużat b'mod ieħor, probabbilment ma titħallasx lura għalkollox mingħajr ir-realizzazzjoni tal-kollateral;
(e)
skopertura f'forma ta' garanzija finanzjarja li probabbilment tissejjaħ mill-parti garantita, inkluż fejn l-iskopertura garantita sottostanti tissodisfa l-kriterji biex titqies bħala improduttiva. Għall-fini tal-punt (a), fejn istituzzjoni jkollha skoperturi li jidhru fuq il-karta bilanċjali lil debitur li jkunu qabżu d-data tal-għeluq b'aktar minn 90 jum u li jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-iskoperturi kollha li jidhru fuq il-karta bilanċjali lil dak id-debitur, l-iskoperturi kollha li jidhru fuq il-karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandhom jitqiesu bħala improduttivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|