+Artikolu 48 1.

Artikolu 48 1.

Meta jsir it-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet m’għandhomx ikunu meħtieġa jnaqqsu l-ammont tal-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu li bħala aggregat jkunu ugwali għal jew inqas mill-ammont limitu msemmi fil-paragrafu 2:

(a) 

assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji, u bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l- applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i) 

l-Artikoli 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

▼B

(b) 

fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju, il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' dik l-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dawk l-entitajiet li bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i) 

l-Artikolu 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

l-Artikolu 36(1),il-punti (a) sa (h), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit