|
+Artikolu 60 1. |
Artikolu 60 1.Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investimenti sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
(i)
l-Artikolu 32 sa 35;
(ii)
l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;
(iii)
l-Artikoli 44 u 45;
(b)
l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|