+Artikolu 60 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.

Artikolu 60 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

▼C2

(a) 

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investimenti sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

▼B

(i) 

l-Artikolu 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n), bl-esklużjoni tal-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

▼B

(iii) 

l-Artikoli 44 u 45;

(b) 

l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.

Artikolu 60 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
Artikolu 60 3.

L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti Addizzjonali kollha ta' Grad 1 miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont ta' holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b) 

il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 miżmum.

Artikolu 60 4.
L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 56 li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabiliti fil-punti (a)(i), (ii) u (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
Artikolu 60 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b) 

il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjon fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit