|
+Artikolu 91 1. |
Artikolu 91 1.L-azzjonijiet ta’ impriżi li ma jkunux imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 89(1) m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti eliġibbli ta’ kapital speċifikati f’dak l-Artikolu meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:
(a)
dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma temporanjament matul operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 79;
(b)
iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet tkun pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas;
(c)
dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem proprju tal-istituzzjoni u għan-nom ta’ oħrajn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|