+Artikolu 105 7.

Artikolu 105 7.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin meta jwettqu valutazzjoni skont mudell:

(a) 

il-maniġment superjuri għandu jkun konxju tal-elementi tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjonijiet oħra b’valur ġust li jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont mudell u għandhom jifhmu l-materjalità tal-inċertezza li b’hekk tinħoloq fir-rappurtar tar-riskju/prestazzjoni tan-negozju;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu inputs tas-suq, fejn possibbli, skont il-prezzijiet tas-suq, u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-inputs tas-suq tal-pożizzjoni partikolari li tkun qiegħda tiġi vvalutata u l-parametri tal-mudell fuq bażi frekwenti;

(c) 

fejn disponibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji ta’ valutazzjoni li jkunu prattiki aċċettati tas-suq għal strumenti finanzjarji partikolari jew għal prodotti;

(d) 

fejn il-mudell jiġi żviluppat mill-istituzzjoni innifisha, għandu jiġi bbażat fuq suppożizzjonijiet xierqa, li jkunu ġew ivvalutati u kkontestati minn partijiet adegwatament ikkwalifikati b’mod indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp;

(e) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri formali għall-kontroll tat-tibdil u għandhom iżommu kopja sigura tal-mudell u jużawha perjodikament biex jikkontrollaw il-valutazzjonijiet;

(f) 

il-ġestjoni tar-riskju għandu jkun konxju tal-punti debboli tal-mudelli użati u l-aħjar mod kif dawk jiġu riflessi fir-riżultat tal-valutazzjoni; u

(g) 

il-mudelli tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal analiżi perjodika biex tiġi ddeterminata l-akkuratezza tal-prestazzjoni tagħhom, li għandha tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza kontinwata tas-suppożizzjonijiet, l-analiżi tal-profitt u t-telf versus il-fatturi tar-riskji, u t-tqabbil ta’ valuri reali tal-għeluq skont l-eżiti tal-mudelli.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-postijiet tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat b'mod indipendenti, inkluż il-validazzjoni tal-matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit