|
+Artikolu 108 4. |
Artikolu 108 4.Soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu s-self lil persuni fiżiċi bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, għall-finijiet tat-Titolu II, il-Kapitoli 2, 3 u 4, kif applikabbli, meta fi Stat Membru jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għal dak is-self:
(a)
il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru ma jiġix ipprovdut bħala ipoteki f'forma ġuridika;
(b)
il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru huma ggarantiti minn fornitur tal-protezzjoni b'valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nnominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2, dan huwa meħtieġ sabiex l-istituzzjoni titħallas lura bis-sħiħ meta l-mutwatarju oriġinali jsir inadempjenti;
(c)
l-istituzzjoni għandha d-dritt legali li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni msemmi fil-punt (b) ma jissodisfax jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati fit-territorji nazzjonali tal-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, u għandhom jipprovdu l-ismijiet tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli għal dak it-trattament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5. L-EBA għandha tippubblika l-lista tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli kollha bħal dawn fuq is-sit web tagħha u taġġorna dik il-lista kull sena. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|