+Artikolu 108 Użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' dilwizzjoni
---+Artikolu 108 1.
---+Artikolu 108 2.
---+Artikolu 108 3.
---+Artikolu 108 4.
---+Artikolu 108 5.
---+Artikolu 108 6.
|
Artikolu 108 Użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' dilwizzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 108 1.
|
Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 jew tapplika l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji tagħha ta' LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu finanzjata f'konformità mal-Kapitolu 4 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g) u, fejn rilevanti, tal-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d),u fl-Artikolu 62, il-punt (d).
|
|
Artikolu 108 2.
|
Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu finanzjata f'konformità mal-Kapitolu 3 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), u, fejn rilevanti, tal-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 62, il-punt (d).
|
|
Artikolu 108 3.
|
Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskoperturi oriġinali kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Kapitolu 3 fil-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punti (a) u (g), u, fejn rilevanti, fl-ammonti ta' telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 36(1), il-punt (d), u fl-Artikolu 62, il-punt (d). Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għal dawk il-finijiet, l-istituzzjoni tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju u fl-ammonti ta' telf mistenni f'konformità mal-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 108 4.
|
Soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu s-self lil persuni fiżiċi bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, għall-finijiet tat-Titolu II, il-Kapitoli 2, 3 u 4, kif applikabbli, meta fi Stat Membru jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għal dak is-self:
(a)
il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru ma jiġix ipprovdut bħala ipoteki f'forma ġuridika;
(b)
il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta' proprjetajiet residenzjali f'dak l-Istat Membru huma ggarantiti minn fornitur tal-protezzjoni b'valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nnominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2, dan huwa meħtieġ sabiex l-istituzzjoni titħallas lura bis-sħiħ meta l-mutwatarju oriġinali jsir inadempjenti;
(c)
l-istituzzjoni għandha d-dritt legali li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni msemmi fil-punt (b) ma jissodisfax jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati fit-territorji nazzjonali tal-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, u għandhom jipprovdu l-ismijiet tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli għal dak it-trattament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5. L-EBA għandha tippubblika l-lista tal-fornituri tal-protezzjoni eliġibbli kollha bħal dawn fuq is-sit web tagħha u taġġorna dik il-lista kull sena.
|
|
Artikolu 108 5.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, is-self imsemmi f'dak il-paragrafu jista' jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-Approċċ Standardizzat “skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli” skont l-Artikoli 124 u 125 bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;
(b)
għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ IRB, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-IRB “skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali” imsemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (d)(ii), bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;
(c)
ma jkun hemm l-ebda rahan ipotekarju fuq il-proprjetà residenzjali meta jingħata s-self u għas-self mogħti mill-1 ta' Jannar 2014 il-mutwatarju jkun kuntrattwalment marbut li ma jagħti l-ebda rahan ipotekarju mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni li oriġinarjament tkun tat is-self;
(d)
il-fornitur tal-protezzjoni huwa fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, u għandu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2;
(e)
il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni jew entità tas-settur finanzjarju soġġetta għal rekwiżiti ta' fondi proprji komparabbli għal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet jew għal impriżi tal-assigurazzjoni;
(f)
il-fornitur tal-protezzjoni jkun stabbilixxa fond ta' garanzija reċiproka ffinanzjat bis-sħiħ jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jassorbu t-telf mir-riskju ta' kreditu, li l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi rrieżaminata perjodikament mill-awtorità kompetenti tiegħu u tkun soġġetta għal ittestjar għal stress perjodiku, tal-anqas kull sentejn;
(g)
l-istituzzjoni għandha kuntrattwalment u legalment is-setgħa li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-fornitur tal-protezzjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu jew ma jkunx jista' jissodisfa aktar l-obbligi tiegħu skont il-garanzija pprovduta.
|
|
Artikolu 108 6.
|
Istituzzjonijiet li jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 4 għal fornitur tal-protezzjoni eliġibbli partikolari skont il-mekkaniżmu msemmi f'dak il-paragrafu għandhom jagħmlu dan għall-iskoperturi kollha tiegħu għal persuni fiżiċi ggarantiti minn dak il-fornitur tal-protezzjoni skont dak il-mekkaniżmu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|