|
+Artikolu 122a 1. |
Artikolu 122a 1.Fil-klassi tal-iskoperturi korporattivi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (g), l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi fuq self speċjalizzat, skoperturi bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)
l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew tħaddem assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli ma' tali skopertura;
(b)
l-iskopertura ma tkunx relatata mal-finanzjament ta' proprjetà residenzjali jew ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u tkun fi ħdan id-definizzjonijiet ta' skoperturi ta' finanzjament ta' oġġetti, ta' finanzjament ta' proġetti jew ta' finanzjament ta' komoditajiet stabbiliti fil-paragrafu 3;
(c)
l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw l-obbligu relatat mal-iskopertura jagħtu lill-istituzzjoni grad sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u fuq l-introjtu li jiġġeneraw;
(d)
is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu relatat mal-iskopertura jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi finanzjat, aktar milli mill-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali akbar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|