|
+Artikolu 129 1a. |
Artikolu 129 1a.Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
(a)
għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti;
(b)
għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti;
(c)
għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu li jieħdu l-forma ta’ depożiti ta’ terminu qasir, kif imsemmija fil-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew il-forma ta’ kuntratti tad-derivattivi, kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-iskopertura totali ma għandhiex taqbeż 8 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti; l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-EBA, jippermettu skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu fil-forma ta’ kuntratti tad-derivattivi, dment li l-problemi potenzjali sinifikanti ta’ konċentrazzjoni fl-Istati Membri kkonċernati minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskala 1 u 2 tal-kwalità tal-kreditu msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jiġu ddokumentati;
(d)
l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali totali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti u l-iskopertura totali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|